Fl-10 ta’ Frar tigi ccelebrata l-Festa ta’ San Pawl Nawfragu. Fir-Rotunda nsibu l-Kappellun iddedidat lil San Pawl fejn hemm midfuna membri prominent tal-familja Grech Mifsud. Fuq iz-zuntier insibu statwa ta’ San Pawl mahduma mill-franka, xoghol l-iskultur Qormi Marco Montebello. Dawn kienu saru bl-inizzjattiva tal-Arcipriet Dun Bartolomeo Bezzina. Din l-istatwa flimkien ma’dik ta’ San Pietru kienu tpoggew f’posthom fit-30 ta’Marzu 1974 u kienu thallsu mis-Sur Giuseppi Grech. Fit-tarf tal-Mosta propju fit-tarf ta’ Wied Il-Ghasel insibu l-kappella ta’ San Pawl Tal-Qlejja jew kif inhi maghrufa wkoll bhala tal-Mingba ghaliex l-ghalqa li nbniet fiha kienet tal-famijla maghrufa bhala tal-Mingba.Isejhula wkoll tal-Qlejja ghax propju hemm jispicca Wied Il-Qlejja li jinzel minn taht l-Imtarfa ghac-Chadwick Lakes u jkompli f’Wied Il-Ghasel lejn il-qalba tal-Mosta. Din il-kappella fl-antik kienet fil-limiti tal-Mosta izda kien hemm kontroversja twila dwarha mal-Katidral tal-Imdina. Din il-kwistjoni fl-ahhar inqatghet b’sentenza moghtija mill-Isqof Vincenzo Labini, minn Bitonto. Dan kien l-ewwel wiehed li gab it-Titolu ta’Arcisqof Ta’ Rodi . Is-sentenza inghat fit-8 ta’Awwissu 1787. B’hekk din bdiet tigi kkunsidrata li tinsab fil-limiti li jaqghu taht tal-Katedral tal-Imdina. Huwa dokumentat illi fl-1615 f’din il-kappella kien hemm zewg kwadri kbar wiehed tal-Konversjoni ta’ San Pawl u iehor tan-Nawfragju. Fl-1690 din ik-kappella giet mimnija mill-gdid u mkabbra u giet imbierka fid-9 ta’Frar 1695 mill-Kanoniku D. Ferdinando Castelletti. Dak in-nhar giet moghtija t-titolu ufficjali tan-Nawfragu ta’ San Pawl Nawfragu.