L-ERBGĦA 5 ta’ Jannar 2011 se jerġgħu jibdew il-laqgħat tal-lectio Divina, fuq l-Evanġelju tal-Ħadd,
biex il-kelma ta’ Alla tidħol aktar f’moħħna bl-ispjega tagħha, f’qalbna billi l-Kelma ta’ Alla ssir it-talba tagħna,
u fil-ħajja kollha tagħna billi napplikaw din il-kelma għal ħajjitna.
Il-Lectio Divina tista’ tkun il-mezz li bih Alla jkellimna fuq sitwazzjonijiet li għaddejin minnhom,
u jagħtina r-risposti tiegħu għall-mistoqsijiet tagħna.
Il-laqgħa tibda fis-7:15p.m fl-Oratorju Marija Immakulata
u tkun immexxija minn Dun Pawl Sciberras.
M’hemmx għalfejn li min jattendi jkun ħa sehem fil-laqgħat ta’ qabel tal-Lectio Divina.