Tislima lill-Isqof Emeritus Mons. Nikol Cauchi

Il-korteo bit-tebut tal-ET Mons. Isqof Emeritus Nikol Cauchi li telaq mill-Isptar Mater Dei għall-Għawdex, ghadda u waqaf ghall-ftit hin fil-Pjazza tal-Mosta. L-Arċipriet Dun Mario Tong f’isem il-Parrocca tal-Mosta sellem lil Mons Nikol Cauchi, filwaqt li talab ghal ruhu. Waqt li ghadda il-korteo ndaqqet mota.

Il-Poplu Mosti jiftakar lil Mons Nikol Cauchi f’diversi okkazzjoni fil-Parrocca taghna. Hu flimkien ma Mons Guzeppi Mercieca, li kien Vigarju Generali  assistew lil Mons Arcisqof Mikiel Gonzi fl-inkurunazzjoni tal-Inkwadru titulari tal-Assunta.

Filwaqt li nroddu hajr lil Mons Nikol Cauchi tal-hidma li wettaq matul episkopat tieghu, nitolbu ghal ruhu.

Aghtih O Mulej, il-mistrieh ta’ dejjem

id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu jistrieh fis-sliem,

Amen.

       

 Fl-ewwel Ritratt jidher l-Arcipriet Dun Mario Tong  jitlob ghal ruh Mons Nikol Cauchi  u fit-tieni ritratt jidher il-Korteo ghaddej mill-pjazza tal-Mosta.