Avviżi u Aħbarijiet

Avviżi tal-Parroċċa għal matul din il-Ġimgħa

AVVIZI U AĦBARIJIET

SCROLL BIEX TAQRA AKTAR

Avviżi tal-Parroċċa

bejn l-20 u is-27 ta' Settembru 2026

  1. IT-TNEJN (21) L-istaff tal-Blood Donation Unit se jkunu fil-Parkeġġ tal-Pama Supermarket il-Mosta, bejn it-8:30am u s-1pm, biex kull min jixtieq, jista jagħti d-demm. Id-donaturi mitluba jieħdu l-karta tal-identita magħhom.
  1. IL-ĦAMIS (24) Se ssir l-aħħar quddiesa animata għat-tfal għal dan is-sajf. Din l-quddies se ssir fit-teatru grieġ tal-ġnien tal-għarusa tal-Mosta, u se ssir fil-5.30pm. Min jixtieq fil-5.00pm ninġabru quddiem il-bażilika u nitilgħu flimkien. Wara jkun hemm ħin soċjali għat-tfal u l -ġenituri li jkunu qed jakkumpanjawhom.
  1. IL-ĦAMIS (24) Terġa tibda ssir l-adorazzjoni fis-6.00pm minflok il-Ġimgħa kif kienet qed issir fis-sajf.
  1. IL-ĦAMIS (24) Fil-Quddiesa tas-6.30pm, fil-Bażilika se jieħdu sehem il-membri tas-Support Group għar-romol “Marija Armla”. Ir-Romol huma mistiedna jattendu.
  1. IL-ĦAMIS (24) Se ssir laqgħa għas-separati fil-kappella ta’ San Anard fis-7.00pm.
  1. IS-SIBT (26) Se ssir Seminar fl-Imdina, għall-Adoloxxenti li ser jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof, f’Ottubru li ġej. L-Adoloxxenti ser jiltaqgħu fil-pjazza tal-Katidral fid-9.15am u nispiċċaw f’nofsinhar.
  1. IL-ĦADD (27) Se nagħtu bidu għas-Sena Kateketika, iċ-Ċentri kollha tal-katekiżmu jibdew l-laqgħat ta’ formazzjoni għat-tfal, skond il-ġranet u l-ħinijiet tagħhom.
  2. Nitolbu għal Joe Mangion u Maria Concetta Barbara li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej.............