Avviżi u Aħbarijiet

AVVIZI U AĦBARIJIET

SCROLL BIEX TAQRA AKTAR

Avviżi tal-Parroċċa għal matul din il-Ġimgħa

Avviżi tal-Parroċċa bejn t-28 ta' April u l-5 ta' Mejju 2024.

  1. IL-ĦADD (28) Se ssir FIERA, fl-Oratorju Marija Immakulata, mid-9am sa nofsinhar.
  1. IL-ĦADD (28) Se jsir Picnic għall-familja, niltaqgħu ħdejn il-kappella ta’ San Ġorġ, il-Wardija, fit-3pm.
  1. IT-TLIETA (30) Se ssir Adorazzjoni wara l-quddiesa tad-9am fil-Kappella tal-Pax et Bonum.
  1. L-ERBGĦA (1) nagħtu bidu għax-xahar ta’ Mejju. Xahar ddedikat lill-Madonna. Inħeġġu li b’mod speċjali f’dan ix-xahar jintalab ir-rużarju kuljum. Fil-Bażilika isir kuljum wara l-quddiesa tas-7.30a.m. u fis-6pm.
  1. L-ERBGĦA (1) Se jsir Seminar għal dawk kollha li jagħtu s-servizz tagħhom fil-parroċċa. Dan ser isir fiċ-Ċentru ta’ Pembroke, minn Mons Carmel Refalo. It-trasport se jitlaq fit-8:15a.m. miz-zoni u mill-pjazza. Aktar dettalji mis-sagristija.
  1. L-ERBGĦA (1) Se ssir il-Festa ta’ San Ġużepp. Wara l-quddiesa tas-6:30p.m. ssir il-purċissjoni bl-istatwa ta’ San Ġużepp li tgħaddi minn dawn it-toroq: Pjazza Rotunda, Kbira, Tabib Chetcuti, Nicolo Isouard, Speranza, Kbira.
  1. IL-ĦAMIS (2) fil-Bażilika, ikun hemm il-qrar bi tħejjija għall-ewwel ġimgħa tax-xahar, minn konfessur minn barra l-parroċċa.
  1. IL-ĦADD (5) Se jsir Seminar għat-tfal u għall-ġenituri li uliedhom se jersqu għall-Ewwel Tqarbina f’Mejju li ġej. Is-Seminar se jsir l-iskola sekondarja taz-Zokkrija, bejn id-9am u nofsinhar.
  1. IL-ĦADD (5) Wara l-Quddiesa tal-5.30pm, fil-Bażilika se jkun hawn Kunċert qasir mill-King’s College School Choral Society.
  1. Il-bini tal-ewwel fażi tal-klassijiet fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu jinsab fi stadju avanzjat. Wasalna biex nibdew il-finishes tal-post. Qed nagħmlu sejħa għal min jixtieq jgħinna f’dawn ix-xogħolijiet. Min jixtieq jgħin nitolbuh ikellimna fl-uffiċċju Parrokkajali.
  1. Dawk impenjati fil-liturġija huma mitluba jiġbru r-roster ta’ Mejju, mis-sagristija.
  1. Il-Ħadd li ġej issir il-ġabra speċjali tal-ewwel Ħadd tax-xahar għall-bżonnijiet tal-Parroċċa.
  1. Nitolbu għal Rita Buhagiar, Bartoloemo Sammut u Joseph Scicluna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom o Mulej, il-mistrieħ.....