Festa Santa Marija 2011

Festa lil Assunta 2011

 

Festa success bis-sehem ta’ kulhadd,

 

kif jafu jaghmlu l-Mostin!

 

Ritratti u informazzjoni.

Ir-Ritratti f’din il-paġna huma ta’ Victor B. Caruana

Fid-29 ta’ Lulju 2011, tajna bidu għall-festa ta’ Santa Marija, bil-ħruġ tal-vara min-Niċċa u wara sar pellegrinaġġ bir-roti mat-toroq tal-Mosta

Fit-30 ta’ Lulju 2011, Ftuħ tal-Kwindiċina b’Quddiesa fil-knisja Arċipretali

 

Wara l-Quddiesa tal-Ftuħ tal-Kwindiċina sar pellegrinaġġ sal-Bitħa tal-Oratorju Marija Immakulata fejn il-pellegrinaġġ għalaq bil-Barka Sagramentali.

Il-Ħadd 31 ta’ Lulju filgħodu saret Quddiesa għaż-żgħażagħ tal-parroċċa organizzata mill-Kummissjoni Żgħażagħ u filgħaxija saret Quddiesa biċ-Ċelebrazzjoni tal-magħmudija u wara saret il-preżentazzjoni tat-trabi lil Assunta.

Mit-Tnejn 1 sal-Ġimgħa 5 ta’ Awwissu – Ġimgħa ta’ tagħlim – Il-Quddiesa tas-6:30p.m. tkun bil-kant u bil-priedka minn Dun Karm Mercieca

Fil-Quddiesa tal-Ħamis 4 ta’ Awwissu ħadu sehem l-erbgħa żoni tal-parroċċa: iż-żoni ta’ Ta’ Mlit, Sant’ Andrija, Santa Margerita u l-Bidnija. Grazzi lil Gruppi Pastorali taz-zoni tal-ħidma tagħhom li jwettqu.

Is-Sibt 6 ta’ Awwissu, il-Quddiesa ta’ filgħaxija kienet fis-sehem tal-Kunsill Lokali u l-għaqdiet filantropiċi, sportivi u politiċi.

Il-Ħadd 7 ta’ Awwissu, filgħaxija saret Quddiesa b’radd ta’ ħajr lil Alla mis-saċerdot Novell Mosti Dun Stephen Attard. Il-Korteo telaq mill-Oratorju Qalb ta’ Ġesu sal-Knisja Arċipretali, fejn wara saret Quddiesa konċelebrata u priedka l-ET Mons Gorg Frendo. Il-Parroċċa tal-Mosta tawgura lil Dun Stephen fil-ħidma tiegħu fl-għalqa tal-Mulej. AWGURI!!!

 

Il-Festa tinvolvi diversi gruppi u soċjetajiet li jaħdmu bla waqfien għas-suċċess tal-festa. Il-Grupp Armar Marija Assunta jaħdmu s-sena kollha biex kull sena jiġi restawrat l-armar u jiżżanżan armar ġdid. Fi żmiem tal-festa dan il-grupp ikun bla waqfien biex jarmaw l-armar f’diversi toroq prinċipali tal-parroċċa. Il-Grupp Reffiegħa jieħu ħsieb jarmaw l-armar tal-pjazza. Grazzi lil numru kbir ta’ żgħażagħ li jieħdu ħsieb dan ix-xogħol b’dedikazzjoni kbira.

It-Tnejn 8 ta’ Awwissu saret Quddiesa bis-sehem tat-tfal tal-parroċċa. Waqt l-offerti it-tfal tellgħu donazzjonijiet għal Puttinu Cares. Fi tmiem il-Quddiesa l-Arċipriet preżenta tifkira sabiħa lit-tfal kollha preżenti.

 

Wara l-Quddiesa saret il-preżentazzjoni tat-trophies lit-tfal li ħadu sehem fl-iSports Rally. Il-preżentazzjoni saret mis-Sur James Agius, Sales Manager tal-Pemix Ltd, il-kumpanija li sponsorjat l-iSports Rally u mill-Arċipriet Dun Mario Tong.

 

It-Tlieta 9 ta’ Awwissu saret Quddiesa li għaliha kienu mistiedna speċjali l-familji. Wara l-omelija, l-koppji ġeddu l-wiegħdiet taż-żwieġ u l-koppji li din s-sena qed jiċċelebraw l-10, 25, 30, 40, 50 anniversarju jew aktar ingħataw tifkira. Waqt l-offerti l-familji tellgħu oġġetti tal-ikel biex jingħataw lill-familji Mostin fil-bżonn.

 

L-Erbgħa 10 ta’ Awwissu, Is-36 anniversarju mill-Inkurunazzjoni u l-11 anniversarju mit-tqegħid tal-Istellarju tax-xbieha tal-Assunta.

 

Jum l-inkurunazzjoni tal-Verġni Marija Assunta

 Il-Ħadd 10 ta’ Awwissu 1975

 Il-Kwadru tal-Verġni Marija Assunta meqjum b’għożża ġewwa s-Santwarju monumentali tal-Mosta huwa wirt mill-iżjed għażiż tat-tieni knisja parrokkjali, dik ta’ Tumas Dingli.

Dan kien sar b’legat imħolli mill-qassis Mosti Dun Ġakbu Chetcuti fl-1678. Sa ftit snin ilu kien għadu magħdud bħala xogħol tal-pittur Pasquale Buhagiar iżda llum l-istudjużi tal-pittura barokka jaċċertawna li dan il-kwadru pittru Stefano Erardi.

Fl-1860 il-kwadru ħa postu ġewwa r-Rotunda monumentali ta’ Grognet, it-tielet knisja parrokkjali li waqqfu l-Mostin f’ġieħ l-Assunta.

 Dan il-kwadru kien ġie nkurunat sollennement b’digriet tal-Papa Pawlu VI tat-12 ta’ Diċembru 1973, fl-okkażżjoni t’għeluq il- 25 sena mid-Domma tal-Assunzjoni tal-Madonna. Kienu  t-7:40pm ħin tas-sajf, meta l-Arċisqof Mikiel Gonzi, f’isem u bl-awtorita’ tal Papa Pawlu VI, inkuruna sollennement fuq l-istess zuntier tar-Rotunda, quddiem folla kbira ta’ nies ferħana, x-xbiha għażiża tal-Assunta.

 Din il-ġrajja għażiża u momorabbli għadha tiġi mfakkra sollennement ta’ kull sena nhar l-10 ta’ Awwissu,  b’tifkira ta’ meta l-Mostin inkurunaw l-Assunta bħala l-Omm u s-Sultana tagħhom. 25 sena wara, propju fl-10 ta’ Awwissu tas-2000 tqiegħdu 12 il-kewba fuq ras l-Assunta.

 

Wara l-Quddiesa ġiet inawgurata Statwa ġdida tal-Papa Piju VI, fil-Pjazza tal-Mosta. Din l-istatwa hija xogħol ta’ Michael Camilleri Cauchi u ġiet mogħtija mis-Sur Ivan Scerri b’tifkira ta’ Mons. Bartolomeo Bezzina. Id-disinn tal-Pedestall u l-Pittura huma xogħol ta’ Pawlu Camilleri Cauchi.

 

Il-Ħamis 11 ta’ Awwissu, L-Ewwel Jum tat-tridu, fis-6:30p.m. Quddiesa bis-sehem tal-Emigranti.

 

Il-Ġimgħa 12 ta’ Awwissu, it-Tieni Jum tat-Tridu. Quddiesa li għaliha huma mistiedna speċjali l-morda u għall-anzjani. Wara l-Quddiesa sar festin fuq iz-zuntier tal-knisja għal anzjani

 

Is-Sibt 13 ta’ Awwissu, It-Tielet jum tat-Tridu. Fis-6:30p.m. Quddiesa bis-sehem bis-sehem tar-Reliġjużi Mostin, membri tal-għaqdiet u l-movimenti ekkleżjali.

Il-Ħadd 14 ta’ Awwissu 2011 – Lejliet il-Festa

9:00a.m. Quddiesa bil-kant tat-Te Deum. Filgħaxija Transulazzjoni tar-relikwija mill-E.T. Mons Ġorġ Frendo, mill-Oratorju Qalb ta’ Ġesu għal Knisja Arċipretali.

 

 

 

 Fl-10.30p.m. L-Arċipriet Dun Mario Tong, inawgura u bierek statwa ġdida ta` Marija Reġina. Din l-istatwa saret bl-inizjattiva tal-Grupp Armar Marija Assunta u ġiet armata fi triq il-Kbira 

 

 

 

 

 It-Tnejn 15 ta` Awwissu – L-Għid tal-Assunta

Fid-9.15am Quddiesa Solenni konċelebrata, mmexxija mill-ET Mons Ġorġ Frendo.

 Filgħaxija, fil-5:30p.m. Is-saċerdot Novell Dun Stephen Attard mexxa Quddiesa u għasar solenni u wara bdiet ħierġa l-purċissjoni bl-istatwa titulari ta’ Santa Marija.

 

 

 

Festa 2011

 

Festa kif tassew jixraq lill Ommna Marija

 

Fi tmiem il-festi li saru fil-parroċċa tal-Mosta, fuq fomm kulħadd, kelma waħda, festa kbira kif tassew jixraq. Kienu jiem fejn iltqajna biex nitgħallmu aktar fuq Marija u kienu jiem fejn stajna nieħdu pjaċir flimkien. Fi tmiem il-festi l-Arċipriet Dun Mario Tong wera l-apprezzament tiegħu għal kull min ta’ s-sehem tiegħu.

Qabel ingħalqet il-festa bil-Barka Sagramentali l-Arċipriet irringrazzja lil:- 

  • Kleru
  • Abbatini
  • Korijiet – Shalom, Santa Ċeċilja, Laudate Dominum, Korijiet taż-żoni u l-Orkestra
  • Soċjetajiet filarmoniċi u Pirotekniċi – Nicolo Isouard, Santa Marija u 15 ta’ Awwissu
  • Assistent Kummissarju, Supretendent u l-Pulizija kollha
  • Grupp Armar Marija Assunta
  • GruppSanta Marta għat-tindif tal-Knisja
  • GruppSan Gabriel għat-tqassim tal-fuljetti
  • Grupp Kolletturi u Grupp Ushers
  • Kunsill Lokali, Membri tal-għaqdiet reliġjużi u soċjali tal-parteċipazzjoni u l-għajnuna
  • Kummissjoni Festa Santa Marija u l-Kummissjonijiet fi ħdan il-parroċċa
  • Grupp tad-daqq tal-qniepen
  • Sagristana u lil kull min għen fl-armar tal-Knisja
  • One TV tat-trasmissjoni tal-festa matul il-jum
  • Fl-aħħar u mhux l-anqas irringrazzja  lil kulħadd tal-koperazzjoni, l-attendenza u l-parteċipazzjoni

 

 

Il-Mosta isbaħ fil-festa!

 

 

 

Grazzi lil kull min jagħti s-sehem tiegħu

 

fil-Festa tal-Assunta tal-Mosta.

 

Grazzi lil Victor B. Caruana tar-ritratti kollha li taghna.

 

 Il-Festa t-Tajba lil kulħadd

 

mingħand il-Webmaster