Il-Lejl tal-Milied fil-Knisja Arċipretali tal-Mosta

Fil-10:45p.m. beda programm ta’ qabel il-quddiesa li ħadu sehem il-Korijiet Shalom u Santa Ċeċilja, it-tfal li jattendu fl-oqsma tal-Museum tal-Mosta, Gustav Micallef li għamel il-priedka tradizzjoni tal-Milied u diversi persuni oħra. L-iscript miktub mis-Sorijiet tal-Karita tal-Mosta kif ukoll bi ħsibijiet magħżula minn Fr. Brendan Gatt inqara mill-koppja Sandro u Kathia Vella.  Mat-tokki ta’ nofs il-lejl bdiet iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa bit-tqiegħid tax-xbieha tal-bambin b’post armat apposta fil-Knisja. Mexxa l-konċelebrazzjoni l-Arċipriet Dun Mario Tong.

Grazzi lil kull min ta’ s-sehem tiegħu. Hawn taħt għandek  issib diversi ritratti ta’ din il-funzjoni