Programm tal-Milied fil-Parroċċa u ritratti tal-presepju tal-Grupp tal-Armar

 

 

 

 

 

 

 Ritratti tal-presepju tal-Grupp tal-Armar, armat fil-maħżen tal-pjazza

 

PROGRAMM

L-Erbgħa, il-15 ta’ Diċembru:

BIDU TAN-NOVENA TAL-MILIED:

7.45a.m.    Quddiesa fil-Knisja Arċipretali bil-kant u b’talb addattat għat-tfal.

6.00p.m.    Rużarju

6.30p.m.    Quddiesa bil-kant u bil-priedka minn Fr Michael Bugeja. Wara l-Omelija se ssir il-Vestizzjoni tal- Abbatini l-ġodda li jaqdu fil-Knisja Arċipretali. Ċelebrazzjoni Ewkaristika quddiem Ġesù espost li tagħlaq bil-Barka Sagramentali.  Fil-jiem kollha tan-Novena jitkompla l-programm, bil-quddiesa ta’ filgħaxija bil-priedka u bil-kant minn diversi korijiet tal-parroċċa.

Il-Ħadd, l-19 ta’ Diċembru:

IR-RABA ĦADD TA’ L-AVVENT

11.00a.m. Quddiesa bis-sehem tal-Banda Santa Marija flimkien mal-Kor  Santa Margerita.

It-Tlieta, l-21 ta’ Diċembru:

6:00p.m.    Attivita għall-persuni b’diżabilta tal-Parroċċa, fiċ-Ċentru ta’ Sant’ Andrija, li tibda bil-quddiesa.

L-Erbgħa, it-22 u l-Ħamis, it-23 ta’ Diċembru

IS-SAGRAMENT TAR-RIKONĊILJAZZJONI

Qrar minn konfessur minn barra l-parroċċa fil-Knisja Arċipretali bejn it-8.30a.m. u l-11.00a.m. u mil-4.30p.m. sas-6.00p.m.

Il-Ġimgħa, l-24 ta’ Diċembru:

LEJLIET IL-MILIED 

5.00p.m.    Quddiesa

6.00p.m.    Purċissjoni tradizzjonali tal-Bambin li toħroġ mill-Qasam tal-MUSEUM  tas-Subien u tgħaddi minn dawn it-toroq: Papa Gwanni XXIII, Nicolo Isouard, Speranza, Ġnejna, Mitħna l-Qadima, Torri, Ċejlu Tonna, Gafa, u l-Kungress Ewkaristiku għall-Knisja Arċipretali.

6.30p.m.    Quddiesa tal-Vġili tal-Milied.

IL-LEJL TAL-MILIED

10.45p.m. Għanjiet tal-Milied mill-Kor Shalom u l-Kor Santa Ċeċilja.

11.00p.m. Ċelebrazzjoni għal-lejl tal-Milied, bis-sehem tal-Kor Shalom u l-Kor Santa Ċeċilja. Priedka tradizzjonali tat-tifel minn Gustav Micallef.

12.00a.m.  Konċelebrazzjoni Solenni mill-Arċipriet Dun Mario Tong flimkien mal-kleru tal-parroċċa.

Is-Sibt, il-25 ta’ Diċembru:

JUM IL-MILIED

Ħin tal-Quddies:     6am, 7am, 8am, 9am, 10am u 11am

Wara l-quddiesa tat-8am. il-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin jqarbnu lill-morda u lill-irtirati fi djarhom.

5.30p.m.    Konċelebrazzjoni tal-Milied.

Il-Ħadd, is-26 ta’ Diċembru:  

FESTA TAL-FAMILJA IMQADDSA

11:00a.m.  Quddiesa bis-sehem tal-Kummissjoni Familja, għall-familji Mostin. Mistiedna b’mod speċjali l-koppji li żżewġu fl-2010.

It-Tlieta, it-28 ta’ Diċembru :

9.30a.m.    Laqgħa għall-anzjani tal-parroċċa, fis-Sala Papa Wojtyla ta’ l-Oratorju Marija Immakulata. Nibdew b’quddiesa li fiha ssir il-priedka tat-tifel u wara jsir festin flimkien.

KWARANTURI

40 siegħa ta’ Adorazzjoni quddiem

Ġesù Sagramentat espost fil-Knisja Arċipretali

 

It-Tlieta t-28, l-Erbgħa d-29 u l-Ħamis 30 ta’ Diċembru:

8.30a.m.    Quddiesa u wara tibda l-adorazzjoni mmexxija mill-membri tal-għaqdiet li jmexxu t-talb kull siegħa.

6.00p.m.    Rużarju.

6.30p.m.    Quddiesa.

Il-Ġimgħa, il-31 ta’ Diċembru:

8.30a.m.    Quddiesa u wara tibda l-adorazzjoni fil-knisja mmexxija mill-membri tal-għaqdiet li jmexxu t-talb kull siegħa.

5.00p.m.    Quddiesa

6.00p.m.    Rużarju

6.30p.m.    Quddiesa konċelebrata mill-Arċipriet Dun Mario Tong b’radd ta’ ħajr lil Alla għall-grazzji kollha li rċevejna matul is-sena 2010.

Waqt l-offertorju jinġabru offerti għall-karita’. Wara t-tqarbin, issir purċissjoni b’Ġesù Ewkarisitja madwar il-knisja, jitkanta it-Te Deum u tingħata l-Barka Sagramentali.

11.30p.m.  Rużarju quddiem Ġesù Espost

12.00a.m.  Quddiesa.

IsSibt, l-1 ta’ Jannar  2010

FESTA TA’ MARIJA OMM ALLA

 Ħin tal-Quddies:     6am, 7am, 8am, 9am, 10am u 11am

Wara l-quddiesa tat-8am. il-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin jqarbnu lill-morda u lill-irtirati fi djarhom.

5.30p.m.   Quddiesa konċelebrata bis-sehem tal-Kor Santa Ċeċilja. Wara l-quddiesa tingħata l-Barka Sagramentali u jintkanta l-Veni Creator.

L-Arċipriet u l-kleru flimkien

mal-Kunsill Pastorali  Parrokkjali

jawguraw Milied hieni u

sena ġdida ta’ paċi

lill-membri kollha tal-komunita’

parrokkjali tal-Mosta