Għaqdiet Reliġjużi

Oratorju Qalb ta’ Ġesu (imwaqqaf fl-1914)

  • Triq it-Torri – Tel. 21 434 043
  • Direttur: Dun Sergio Fenech
  • Skop: Edukazzjoni u formazzjoni reliġjuża għat-tfal
  • Attivitajiet:
    • Tagħlim tad-duttrina nisranija lit-tfal (ara ċentri)
    • Kappella (ara knejjes)
    • Ground għal attivitajiet sportivi
    • Kor Santa Ċeċilja

Oratorju Marija Immakulata (imwaqqaf fl-1975)

“ Bħal Marija nfittxu li nitgħallmu l-kelma t’Alla, ngħożżuha, ngħixuha u ngħadduha lil ħaddieħor biex f’ħajjitna jkollna l-milja tal-ħajja”

  • 58, Triq it-Torri – Tel. 21 414 615
  • Direttur: Dun Sebastjan Caruana, Arċipriet
  • Skop: Edukazzjoni u formazzjoni reliġjuża għat-tfal, żgħażagħ u adulti
  • Attivitajiet:
    • Tagħlim tad-duttrina nisranija lit-tfal (ara Ċentri)
    • Laqgħat għall-istudenti fl-iskejjel sekondarji: il-Ġimgħa fis-6.30 p.m.
    • Laqgħat ta’ formazzjoni nhar ta’ Tnejn fis-6.30 p.m.
    • Kor Shalom – kunċerti: il-Ġimgħa u s-Sibt
    • Attivitajiet soċjali għat-tfal, studenti u membri kbar bħal Talent Show, Weekend Għawdex fis-Sajf, Weekend Retreat minn Form 4 ‘il fuq, Treasure Hunt, Sports, DVD nights u ħafna attivitajiet oħra.
    • Żewġ fieri

Soċjeta' tad-Duttrina Nisranija – Ġuvintur (imwaqqaf fl-1945)

“Biex Kristu jsir magħruf u maħbub”

  • 19, Triq il-Papa Ġwanni XXIII – Tel. 21 413 363
  • E-mail: [email protected]
  • Website: http://museummosta.webs.comhttp://www.sdcmuseum.org
  • Superjur: Kevin Scicluna
  • Skop: Tagħlim tal-katekiżmu, katekeżi lill-addoloxenti, żgħażagħ u adulti
  • Attivitajiet:
    • Tagħlim tal-Katekiżmu lit-tfal (ara Ċentri)
    • Klassijiet għall-istudenti fl-iskejjel sekondarji
    • Formazzjoni ta’ katekisti fi ħdan is-Soċjeta’
    • Laqgħat għaż-żgħażagħ
    • Ġimgħat ta’ tagħlim għal kulħadd
    • Ħarġiet għall-klassijiet kollha. Il-kbar ikollhom ukoll ħarġiet għalihom
    • Dimostrazzjoni bil-Bambin f’lejlet il-Milied
    • Pellegrinaġġ Marjan f’Mejju

Soċjeta’ tad-Duttrina Nisranija – Xebbiet (imwaqqaf fl-1941)

“Nitqaddsu biex inqaddsu lill-oħrajn, nitgħallmu biex ngħallmu u hekk, Ġesu jkun magħruf u maħbub”

  • 46, Triq il-Pont – Tel. 21 442 621
  • Website: museumsdc.org
  • Superjura: Connie Sant
  • Skop: Katekeżi lit-tfal adoloxxenti u adulti
  • Attivitajiet:
    • Tagħlim tad-duttrina nisranija lit-tfal (ara Ċentri)
    • Laqgħat ta’ formazzjoni għat-tfajliet
    • Formazzjoni tas-soċji bħala katekeżi fi ħdan is-soċjeta fit-tielet Ħadd ta’ kull xahar
    • Laqgħat għall-ġenituri
    • Ġimgħa ta’ tagħlim għal kulħadd
    • Ħarġiet kull nhar ta’ Ħadd għat-tfajliet u s-soċji
    • Irtiri / Live-in għas-soċji u għat-tfajliet
    • Tagħlim ta’ kitarra
    • Dimostrazzjoni bil-Bambin lejliet il-Milied
    • Pellegrinaġġ Marjan f’Mejju

Komunita’ ta’ l-Isem Imqaddes t’Alla (imwaqqfa fl-1930)

“Ikun imbierek isem il-Mulej”

  • 10, Triq Ġużeppi Callus – Tel. 99453484
  • E-mail: [email protected]
  • President: Giovanni Chetcuti
  • Skop: Qima lill-Isem ta’ Alla
  • Attivitajiet:
    • Laqgħat ta’ formazzjoni għall-imsieħba kull l-ewwel Ħamis tax-xahar fil-Bażilika tal-Mosta u kull tielet ġimgħa tax-xahar.
    • Festa ta’ l-Isem ta’ Alla matul ix-xahar ta’ Jannar
    • Attivitajiet soċjali għall-membri u l-ħbieb.

Leġjun ta’ Marija (imwaqqfa fl-1949)

“Ad Jesum per Mariam”

  • Skop: Formazzjoni nisranija tal-membri u appostolat li jressaq l-erwieħ lejn Kristu permezz ta’ Marija
  • Praesidia Irġiel
    • Sultana tar-Rużarju
      • Blata l-Għolja nhar ta’ Erbgħa fil-5.30pm
    • Ommna Mtellgħa s-Sema
      • Kappella ta’ San Anard nhar ta’ Erbgħa fis-6.30pm
      • President: Albert Cassar tel. 21 415 665
    • Praesidia Nisa
      • Avukata tal-Midinbin
        • Ċentru ta’ Mlit nhar ta’ Erbgħa fit-8.30am
        • Presidenta: Maria Gafa’ tel. 21 416 564
      • Omm il-Knisja
        • Knisja San Anard nhar ta’ Erbgħa fl-4.00pm
        • Presidenta: Fresia Bezzina tel. 21 432 934
      • Omm tagħna
        • Sala Parrokjali nhar ta’ Erbgħa fis-6.00pm
        • Presidenta: Antoinette Cachia tel. 21 433 591
      • Sultana tal-Familja
        • Kappella San Anard nhar ta’ Erbgħa fid-9:00am
        • Grace Sammut tel. 21 432 615
      • Saħħa tal-Morda
        • Pax et Bonum nhar ta’ Erbgħa fl-4:15pm
        • Doris Fenech tel.: 21 433 842
      • Preasidium Juniors, Bniet
        • Sultana tal-Anġli
          • Ċentru Ta’ Mlit nhar ta’ Tlieta fil-5.00pm
          • Presidenta: Jane Sammut tel. 21 421 578
        • Qalb ta’ Marija
          • Santa Margerita nhar ta’ Sibt fl-10:00am
          • Presidenta: Therese Calleja tel. 21 416 288

Azzjoni Kattolika Nisa (imwaqqfa fl-1951)

“ Dejjem għas-servizz tal-Knisja. Inwasslu l-valuri nsara fl-ambjenti kollha tas-soċjeta’.”

  • 58, Triq it-Torri – Tel. 21 414 615
  • Presidente: Jane Cassar
  • Assistent Ekkleżjastiku: Dun Gwann Sammut
  • Skop: Formazzjoni spiritwali tal-membri u apostolat
  • Attivitajiet:
    • Laqgħa għall-membri nhar ta’ Tlieta fid-9.30 a.m.
    • Irtir għan-nisa tal-Parroċċa darba fix-xahar
    • Ħidma fl-assistenza soċjali tal-Parroċċa
    • Żjarat lill-anzjani
    • Ħarġiet kulturali u attivitajiiet soċjali

Żgħażagħ Azzjoni Kattolika

“ ZAK Mosta tiprovdi edukazzjoni spiritwali u soċjali liż-żgħażagħ bil-għan li jitkattar aktar ġid u għarfien biex b’hekk ikunu jistgħu jiġu meħuda aktar deċiżjonijiet infurmati.”

  • 7985 6471
  • E-Mail: [email protected]
  • Website: zakmalta.org
  • Responsabbli: Max Cini
  • Skop: Formazzjoni nisranija u umana għaż-żgħażagħ
  • Attivitajiet:
    • Laqgħat darba fil-ġimgħa Fil-Kappella ta’ Santa Margerita (twieldu 1992 – 93)
      • Is-Sibt mis-1:30 sas-2:30pm
    • Fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu (twieldu 1994 - 95 )
      • Is-Sibt mill-4:30 sal-5:30pm
    • Fiċ-ċentru Marija Omm il-Knisja (twieldu 1996 - 97)
      • Is-Sibt mill-4:30 sal-5:30pm
    • Fiċ-ċentru Marija Omm il-Knisja (twieldu 1998 – 99)
      • Is-Sibt mit-3:30 sal-4:30pm
    • Attivitajiet organizzati bil-parteċipazzjoni attiva taż-żgħażagħ

Moviment Tiġdid Kariżmatiku

  • Grupp ta’ Talb Paċi u Sliem (imwaqqaf fl-1985)
    • “Jippromwovi u jħares il-kariżmi tat-Tiġdid Kariżmatiku Kattoliku permezz ta’ ħajja ġdida fl-Ispirtu s-Santu; trawwim fil-qdusija personali u maturita’ fil-frott ta’ l-Ispirtu.”
    • 21 420 818
    • E-Mail: [email protected]
    • Kordinatur: Patrick Camenzuli
    • Skop: Konverżjoni personali matura u kontinwa mibnija fuq relazzjoni mill-qrib ma’ Ġesu’, bil-qawwa ta’ l-Ispirtu s-Santu
    • Attivitajiet:
      • Laqgħat ta’ talb fil-kappella ta’ l-Oratorju Qalb ta’ Ġesu’ – nhar ta’ Tlieta fis-7:15pm
      • Xogħol ta’ Evanġelizzazzjoni
      • Seminars ĦAJJA ĠDIDA FL-ISPIRTU S-SANTU
      • Cell Groups għall-irġiel u għan-nisa
      • Janima quddies b’talb għall-fejqan

Mixja Neo-Katekumenali (bdiet f’Malta fl-1979)

“Twelid ta’ komunitajiet li jgħixu bħall-familja ta’ Nazareth fl-umilta, sempliċita’ u tifħir”

    • Katekumenju, Triq il-Knisja – Tel. 21 421 810
    • E-Mail: [email protected]
    • Website: mixjaneokatekumenalimalta.com
    • Responsabbli: Joe u Maria Vassallo
    • Skop: “Intinerarju ta’ formazzjoni kattolika li jiswa għas-soċjeta’ u għaż-żminijiet ta’ llum” Papa Gwanni Pawlu II
    • Attivitajiet:
      • Laqgħat kull nhar ta’ Tlieta, l-Erbgħa u s-Sibt
      • Katekeżi għall-adulti kull sena
      • Lodi filgħodu fi żmien l-Avvent u r-Randan
      • Tħabbir ta’ l-aħbar it-tajba dar dar
      • Parteċipazzjoni attiva fil-Jum Dinji taż-żgħażagħ

 

Gruppi Familji Nsara (imwaqqfa fl-1995)

“Mil-familja għall-familja”

  • E-Mail: [email protected]
  • Website: canamovement.org
  • Skop: Appostolat fil-familji u fl-ambjent tagħna
  • Attivitajiet:
    • Adorazzjoni kull ħmistax (kull tieni ġimgħa) fil-Mustina
    • Twilight Retreats u irtiri ta’ ġurnata għall-koppji miżżewġa
    • Tqassim tal-magazine “Familja Kana”
    • Tagħlim lit-tfal tal-koppji żgħażagħ “Sons and Daughters
    • Koppja tmexxi korsijiet ta’ Kana u l-follow-ups tal-kors
    • “Korsijiet One to One” Koppji bi bżonnijiet speċjali
  • Grupp Sant’ Andrija – Jiltaqa’ fiċ-Ċentru Sant’Andrija l-aħħar Ġimgħa tax-xahar fis-7.30 p.m.
    • Koppja Mexxejja: Richard u Josephine Borg – Tel. 21 412 976
    • Chaplain: Fr Jesmond Pawley ofm. conv.
    • E-Mail: [email protected]
  • Grupp Santa Marija – Jiltaqa’ fis-Sala Parrokkjali l-aħħar Erbgħa tax-xahar fis-7.15 p.m.
    • Kordinatur: Paul Abela – Tel. 21 432 345
    • Chaplain: Fr. Mario Sammut
  • Grupp Santa Margerita – Jiltaqa’ fil-Kappella Ġesu Feddej
    • Koppja Mexxeja: Raymond u Marisa Azzopardi – Tel. 21 432 157
    • Chaplain: Fr. Willie Vella
  • Grupp Marija Omm il-Knisja – Jiltaqa’ fil-Kappella Marija Omm il-Knisja
    • Koppja Mexxejja : Stephen u Marianne Mercieca – Tel. 21 437 500
    • Chaplain: Fr. Charles Baldacchino ofm. conv.
    • E-Mail: [email protected]

Grupp EBDA

  • Tifsira ta’ l-isem: Edukazzjoni Biblika Dejjiema għall-Adulti
  • Skop: Studju u talb permezz tal-Kelma ta’ Alla
  • Ħidma:
    • Laqgħa nhar ta’ Tnejn kull ħmistax fis-7.15pm fil-Mustina
    • Organizzazzjoni ta’ korsijiet fil-Bibbja
    • Seminars u laqgħat ta’ studju ma’ gruppi oħra
  • Leader: Ms. Marlene Galea Tel. 21 413 031

 

Terzjarji Karmelitani

  • Skop: Ħajja nisranija skond l-ispiritwalita’ Karmelitana
  • Ħidma:
    • Laqgħa u quddiesa t-tielet Erbgħa tax-xahar fil-Kappella ta’ San Anton Abbati fl-4.00pm
  • Promotriċi: Anna Cordeiro Tel. 21 411 116
  • Direttur Spiritwali: Dun Darren Pace

Co-Workers ta’ Mother Teresa

  • Skop: Iwasslu l-imħabba ta’ Kristu fuq l-ideal ta’ Mother Teresa
  • Ħidma:
    • Laqgħat ta’ formazzjoni għall-membri
    • Adorazzjoni fil-Bażilika kull tielet Ġimgħa tax-xahar fl-4.00pm
    • Żjajjar ta’ għajnuna lil nies fil-bżonn
  • Animatrici: Pauline Quattromani Tel. 21 432 500

 

Fraternita’ Charles de Foucauld

  • Skop: Ħajja skond il-kariżma ta’ Charles de Foucauld
  • Ħidma: Laqgħa kull ħmistax nhar ta’ Tnejn bejn is-6.00 u t-8.00pm għand is-Sorijiet tal-Karita’
  • Kordinatur: Rene’ Muscat Tel: 21 434 090

 

Grupp Padre Pio

  • Skop: Nikbru fil-ħajja nisranija mill-ispiritwalita’ ta’ Padre Pio
  • Ħidma: Rużarju u quddiesa fil-kappella tal-Pax et Bonum kull l-ewweI Tlieta tax-xahar fl-4.00p.m.
  • Promotur: Fraternita’ tal-Patrijiet Kappuccin

 

Grupp ta’ Talb Betanja (imwaqqaf fl-1980)

  • Skop: Talb u ħajja fl-Ispirtu tal-Mulej
  • Immexxi minn Tereża Bonnici Tel. 21 431 872
  • Ċentru Sant’ Andrija – nhar ta’ Erbgħa – fit-3.30pm

 

Moviment Marjan

  • Skop: Talb fil-familja u konsagrazzjoni lill-Qalb bla Tebgħa ta’ Marija
  • Ħidma:
    • Ċenakli ta’ talb fil-familji
    • Rużarju meditat fil-Bażilika fl-ewwel Sibt tax-xahar
  • Promotriċi: Vivienne Abela Tel. 21 433 952

 

Ħniena Divina

  • Skop: Il-messaġġ ta’ Ġesu’ lil Santa Fawstina Kowalska: Nixtieq li l-bnedmin kollha jagħrfu l-ħniena infinita tiegħi.
  • Ħidma:
    • Adorazzjoni u quddiesa fil-Kappella tal-Pax et Bonum fit-tieni Tlieta tax-xahar fl-4.30pm
    • Festa tal-Ħniena Divina fit-tieni Ħadd tal-Għid
  • Responsabbli: Jessie Scicluna: Tel. 21 414 480

 

Mothers’ Prayers

  • Skop: Laqgħat ta’ talb għall-ommijiet li jixtiequ jitolbu għal uliedhom u ulied uliedhom.
  • Ħidma: Laqgħa kull nhar ta’ Erbgħa għand is-sorijiet Agostinjani mid-9.00 sa l-10.00am
  • Responsabbli: Nanette Micallef: Tel. 21 432 337

 

Grupp Abbatini

  • Immexxi mill-Arċipriet
  • Jaqdi regolarment fis-servizzi liturġiċi
  • Jirċievi leaflet ta’ informazzjoni darba fix-xahar u fil-festi prinċipali
  • Gruppi oħra ta’ abbatini jaqdu fiċ-Ċentru Sant’Andrija, fil-kappella Santa Monika, fil-kappella Ġesu’ Feddej u fil-knisja Marija Omm il-Knisja.

 

Grupp Organizzativ Ġimgħa l-Kbira

  • Immexxi mill-Arċipriet u numru ta’ uffiċċjali magħżula minnu
  • Iffurmat minn persuni li jinteressaw ruħhom u msejħa mill-Arċipriet
  • Jorganizza l-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira u l-Pageant ta’ Kristu Rxoxt
  • Jieħu ħsieb dak kollu li għandu x’jaqsam mal-purċissjoni

 

Grupp Armar Marija Assunta

  • President: Joseph Abela Tel. 21 416 006
  • Immexxi minn kumitat magħżul mill-membri
  • Jieħu inizjattivi u jħajjar għat-tiżjin fit-toroq fil-jiem tal-festa
  • Jirrestawra u jieħu ħsieb l-armar tal-festa
  • Jiġbor fondi biex jilħaq l-iskopijiet tiegħu
  • Jiltaqa’ fil-maħżen ta’ l-armar bil-permess tal-Arcipriet

 

Grupp Santa Marta

  • Inkarigata:
  • Jieħu ħsieb l-indafa fil-Knisja Arċipretali
  • Jiltaqa’ nhar ta’ Ġimgħa mid-9.00am ’l quddiem

 

Grupp San Gabrijel

  • Inkarigata: MaryAnne Porter Tel. 21 434 036
  • Iqassam il-fuljett parrokkjali f’kull triq
  • Jgħin fil-ġbir ta’ l-offerti għall-festa u għall-Missjoni
  • Iwassal għall-kuntatti bejn il-familji u l-Uffiċċju Parrokkjali

 

Grupp Ushers

  • Inkarigat: Herbert Camenzuli Tel. 21 410 445
  • Jieħu ħsieb l-Ushers f’okkażjonijiet speċjali ġewwa l-Knisja Arċipretali

 

Mother & Baby Club – Kana

  • Inkarigata: Tania Cortis Tel. 21 433 673
  • Tfal ta’ bejn sena u nofs u tlett snin jiltaqgħu fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu nhar ta’ Tlieta u
  • Erbgħa bejn id-9:30 u l-11:30am