Ġimgħa l-Kbira 2023

Parroċċa Santa Marija, il-Mosta

Ġimgħa l-Kbira 2023.

F'din il-paġna wieħed għandu jsib l-informazzjoni kollha marbuta maż-żmien tar-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa fil-Mosta.

Programm sħieħ għal żmien ir-Randan u l-Ġimgħa Imqaddsa, fil-Mosta 2023. - https://flipbooks.appraiser.center/flip-book/12866/253323

 

L-Erbgħa 22 ta' Frar 2023 - Ras ir-Randan:

Programm ta' Eżerċizzi fil-Parroċċa

Informazzjoni marbuta mal-Pellegrinaġġi u Purċissjonijiet matul ir-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa fil-Mosta.

Il-Ħadd 26 ta' Frar 2023 - Seminar, bil-Quddiesa, għal Adulti kollha li jieħdu sehem fil-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira, li jibda fid-9.00am, fis-Sala Papa Wojtyla. Fl-aħħar tal-laqgħa ssir ir-reġistrazzjoni għal dawk li jixtiequ jkaxkru l-ktajjen. Biex wieħed ikaxkar irid iniżżel din l-formola ta' hawn taħt u jġib kopja tal-karta tal-identità. Aktar dettalji jinsabu fuq l-applikazzjoni. Ktajjen Applikazzjoni 2023

Is-Sibt 11 u l-Ħadd 12 ta' Marzu se ssir ir-Registrazzjoni tat-tfal li jridu jieħdu sehem fil-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira u Kristu Rxoxt.

Il-ġenituri tat-tfal li se jieħdu sehem iridu jimlew formola tad-Dikjarazzjoni tal-Protezzjoni tal-Informazzjoni li tinsab hawn taht.  Il-formola ffirmata trid tinġieb dakinar tal-kitba.  Dikjarazzjoni tal-Protezzjoni tal-Informazzjoni - GLK TFAL