Għall-aktar informazzjoni aġġornata jew mistoqsijiet tista' żżur il-paġna fuq facebook: Ġimgħa l-Kbira Mosta Grupp Organizzattiv jew ibgħat email fuq [email protected]
APPLIKAZZJONI GĦALL-IRFIEGĦ TA’ VARI
FIL-PURĊISSJONI TAL-ĠIMGĦA L-KBIRA
U PELLEGRINAĠĠI MATUL IS-SNIN 2025-2026
Applikazzjoni Vari Ġimgħa Kbira u Pelligrinaġġi 2026-2027 (1)
KITBA TAT-TFAL GĦALL-PURĊISSJONI
Is-Sibt 22 ta’ Marzu tibda l-kitba għall-ilbiesi tal-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira u Kristu Rxoxt se bejn is-2.00pm u s-6.00pm, maġenb il-pulptu. Il-kitba tkompli matul il-Ħdud tar-Randan bejn it-8.00am u nofsinhar. Il-ġenituri tat-tfal li se jieħdu sehem iridu jimlew il-formola tad-Dikjarazzjoni tal-Protezzjoni tad-Data ta' hawn taħt. Il-formola miml
KITBA ŻGĦAŻAGĦ U ADULTI GĦALL-PURĊISSJONI
Is-Sibt 22 ta’ Marzu tibda l-kitba għall-ilbiesi tal-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira u Kristu Rxoxt se bejn is-2.00pm u s-6.00pm, maġenb il-pulptu. Il-kitba tkompli matul il-Ħdud tar-Randan bejn it-8.00am u nofsinhar. Min se jieħu sehem irid jimla l-formola tad-Dikjarazzjoni tal-Protezzjoni tad-Dejta ta' hawn taħt. Il-formola miml
PERSONAĠĠI PERSONALI
Intbagħtet ittra nhar l-4 ta' Marzu 2025, bin-numru tal-post tal-personaġġi personali fil-purċissjoni.
Jekk għal xi raġuni l-personaġġi personali ma irċivewx din l-ittra għandhom jibgħatu email lil [email protected]
REĠISTRAZZJONI GĦAL DAWK LI JIXTIEQU JKAXKRU L-KTAJJEN
Fl-aħħar tas-Seminar li se jsir fl-Ewwel Ħadd tar-Randan, issir ir-reġistrazzjoni għal dawk li jixtiequ jkaxkru l-ktajjen. Min se jkaxkar irid iniżżel formola din l-formola u jġibha flimkien ma' kopja tal-karta tal-identità.
Dati importanti
Ġimgħa l-Kbira 2026
L-Erbgħa 18 ta’ Frar - Ras ir-Randan - Pellegrinaġġ Penitenzjali bil-Kurċifiss.
6:30 p.m. Quddiesa fil-Bażilika
7:30 p.m. Pellegrinaġġ jgħaddi minn dawn it-toroq: Pjazza Rotunda, Bażilika, Pont, Carmelo Dimech, Gio G Marchesi Mallia Tabone, Bażilika, Pjazza Rotunda
Il-Ħadd 22 ta’ Frar - Seminar
fid-9:00a.m. fis-Sala tal-Oratorju Marija Immakulata li jibda bil-Quddiesa. Dan isir għall-adulti kollha li jieħdu sehem fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira. Fl-aħħar issir il-kitba ta’ dawk li jixtiequ jkaxkru l-ktajjen.
Is-Sibt 7 ta’ Marzu
2:00 p.m. Tibda r-reġistrazzjoni tal-vestwarju tal-Ġimgħa l-Kbira u ta’ Kristu Rxoxt fis-sala parrokkjali. It-tfal jiltaqgħu fejn il-Pulptu.
Il-Ħadd 8 ta’ Marzu
8:00 a.m. Tkompli r-reġistrazzjoni tal-vestwarju sa 12:00 p.m. Ir-reġistrazzjoni tkompli fil-Ħdud tar-Randan fl-istess ħin.
It-Tnejn 9 ta’ Marzu
7:15 p.m. Laqgħa għal dawk responsabbli u l-kapijiet tal-vari fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesù.
Il-Ġimgħa 13 ta’ Marzu - Pellegrinaġġ Redentur
6:30 p.m. Quddiesa fil-Bażilika
7:30 p.m. Pellegrinaġġ li jgħaddi minn dawn it-toroq: Pjazza Rotunda, Bażilika, Sant’ Anna, Stivala, Barrieri, Rebbiegħa, Gafà, Ġlormu Cassar, Torri, Kungress Ewkaristiku
Is-Sibt 14 ta’ Marzu Armar tal-Vari fil-Bażilika
It-Tlieta 24 ta’ Marzu
6:45 p.m. Laqgħa għall-helpers li jieħdu ħsieb it-tfal fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesù.
Il-Ġimgħa 27 ta’ Marzu - Marija Addolorata - Pellegrinaġġ bl-istatwa tad-Duluri.
5:30 p.m. Quddiesa fil-Bażilika
6:30 p.m. Pellegrinaġġ li jgħaddi minn dawn it-toroq: Pjazza Rotunda, Kbira, San Ġwann, Ġnejna, Britannja, Wata, Tumas Dingli, Kbira, Pjazza Rotunda
Wara l-pellegrinaġġ issir Quddiesa
Is-Sibt 28 ta’ Marzu - Sibt il-Palm
8:00 a.m. Armar tal-lanterni jitqiegħdu fl-artal taċ-Ċintura
9:00 a.m. Laqgħa għar-reffiegħa tfal li se jerfgħu fil-Vara l-Kbira ta’ ‘Dun Anġ’
9:00 a.m. Armar tas-siġar ta’ Ġesù fl-Ort u Tradiment.
It-Tnejn 30 ta’ Marzu - It-Tnejn tal-Ġimgħa Mqaddsa
4:15 p.m. Purċissjoni tat-tfal bil-Vara l-Kbira mill-Oratorju Qalb ta’ Ġesù sal-Bażilika.
4:45 p.m. Riflessjoni għat-tfal kollha tal-parroċċa u li se jieħdu sehem fil-Purċissjoni tal-Gimgħa l-Kbira
5:30 p.m. Avviżi għat-tfal li se jieħdu sehem fil-Purċissjoni tal-Gimgħa l-Kbira
L-Erbgħa 1 ta’ April - L-Erbgħa tat-Tniebri
6:00 p.m. Via Sagra mill-Grupp Organizzattiv.
7:30 p.m. Mument ta' talb għall-parteċipanti tal-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira
Il-Ħamis 2 ta’ April - Ħamis ix-Xirka
11:00 p.m. Siegħa adorazzjoni mill-Grupp Organizzattiv Ġimgħa l-Kbira

