Għall-aktar informazzjoni aġġornata jew mistoqsijiet tista' żżur il-paġna fuq facebook: Ġimgħa l-Kbira Mosta Grupp Organizzattiv jew ibgħat email fuq [email protected]
KITBA TAT-TFAL GĦALL-PURĊISSJONI
Is-Sibt 22 ta’ Marzu tibda l-kitba għall-ilbiesi tal-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira u Kristu Rxoxt se bejn is-2.00pm u s-6.00pm, maġenb il-pulptu. Il-kitba tkompli matul il-Ħdud tar-Randan bejn it-8.00am u nofsinhar. Il-ġenituri tat-tfal li se jieħdu sehem iridu jimlew il-formola tad-Dikjarazzjoni tal-Protezzjoni tad-Data ta' hawn taħt. Il-formola miml
KITBA ŻGĦAŻAGĦ U ADULTI GĦALL-PURĊISSJONI
Is-Sibt 22 ta’ Marzu tibda l-kitba għall-ilbiesi tal-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira u Kristu Rxoxt se bejn is-2.00pm u s-6.00pm, maġenb il-pulptu. Il-kitba tkompli matul il-Ħdud tar-Randan bejn it-8.00am u nofsinhar. Min se jieħu sehem irid jimla l-formola tad-Dikjarazzjoni tal-Protezzjoni tad-Dejta ta' hawn taħt. Il-formola miml
PERSONAĠĠI PERSONALI
Intbagħtet ittra nhar l-4 ta' Marzu 2025, bin-numru tal-post tal-personaġġi personali fil-purċissjoni.
Jekk għal xi raġuni l-personaġġi personali ma irċivewx din l-ittra għandhom jibgħatu email lil [email protected]
REĠISTRAZZJONI GĦAL DAWK LI JIXTIEQU JKAXKRU L-KTAJJEN
Fl-aħħar tas-Seminar li se jsir fl-Ewwel Ħadd tar-Randan, issir ir-reġistrazzjoni għal dawk li jixtiequ jkaxkru l-ktajjen. Min se jkaxkar irid iniżżel formola din l-formola u jġibha flimkien ma' kopja tal-karta tal-identità.
Dati importanti
Ġimgħa l-Kbira 2025
L-Erbgħa 5 ta’ Marzu - Ras ir-Randan
- 6.30pm Quddiesa fil-Bażilika
- 7.30pm Pellegrinaġġ jgħaddi minn dawn it-toroq: Pjazza Rotunda, Kbira, San Ġwann, Ġnejna, Kbira, Speranza, Kurat Bezzina, Salvu Dimech, Kostituzzjoni, Pjazza Rotunda.
Il-Ħadd 9 ta’ Marzu
- Seminar fid-9:00a.m. fis-Sala tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesù li jibda bil-Quddiesa. Dan isir għall-adulti kollha li jieħdu sehem fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira.
- Fl-aħħar issir il-kitba ta’ dawk li jixtiequ jkaxkru l-ktajjen.
Is-Sibt 22 ta’ Marzu
- 2.00pm Tibda r-reġistrazzjoni taż-żimarri tal-Ġimgħa l-Kbira u ta’ Kristu Rxoxt fis-sala ta’ fuq is-sagristija tal-bomba. It-tfal jiltaqgħu fejn il-Pulptu.
Il-Ħadd 23 ta’ Marzu
- 8.00am Tkompli r-reġistrazzjoni taż-żimarri sa 12:00pm. Ir-reġistrazzjoni tkompli fil-Ħdud tar-Randan fl-istess ħin.
It-Tnejn 24 ta’ Marzu
- 7.15pm Laqgħa għal dawk responsabbli u l-kapijiet tal-vari fl-Oratorju Marija Immakulata.
Il-Ġimgħa 28 ta’ Marzu - Pellegrinaġġ Redentur
- 6.30pm Quddiesa fil-Bażilika
- 7.30pm Pellegrinaġġ li jgħaddi minn dawn it-toroq: Pjazza Rotunda, Bażilika, Oratorju, Torri, Ponsomby, Gużeppi Callus, Xorxa, Torri, Grognet, San Ġwann, Kbira, Pjazza Rotunda.
Is-Sibt 29 ta’ Marzu
- Armar tal-Vari
- 06:45 a.m. – niltaqgħu l-Maħżen tal-Armar
- 07:00 a.m. – ħruġ tal-faċċati, kantunieri u tilari tal-bankuni kif ukoll il- kaxxi tal-brazzi u/jew globi
- 07.30 a.m. – nieħdu sehem fil-quddiesa
- 08.00 a.m. – armar tal-bankuni
- 08.30 a.m. – bibita maġenb il-Maħżen tal-Ġimgħa l-Kbira
- 09.00 a.m. – ħruġ ta’ vari mill-maħżen għall-Bażilika
Is-Sibt 5 ta’ April
- Armar ta’ baċili u simboli oħra fil-kappellun ta’ San Ġużepp.
It-Tnejn 7 ta’ April
- 7.00pm Laqgħa għall-helpers li jlibbsu t-tfal sabiex jiġi spjegat kif jitlibbsu l-ilbiesi fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesù.
L-Erbgħa 9 ta’ April
- 7.00pm Laqgħa għall-helpers li jieħdu ħsieb it-tfal fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesù.
Il-Ħamis 10 ta’ April
- 9.00am Armar tal-bandalori
Il-Ġimgħa 11 ta’ April - Marija Addolorata
- 5.30pm Quddiesa fil-Bażilika
- 6.30pm Pellegrinaġġ li jgħaddi minn dawn it-toroq: Pjazza Rotunda, Kbira, San Ġwann, Grognet, Torri, Ċejlu Tonna, Gafà, Għarusa tal-Mosta, Calì, Ġlormu Cassar, Gafà, Kungress Ewkaristiku, Pjazza Rotunda.
- Wara l-pellegrinaġġ Quddiesa
Is-Sibt 12 ta’ April - Sibt il-Palm
- 9.00am – Armar tas-siġar ta’ Ġesù fl-Ort u Tradiment.
Il-Ħadd 13 ta’ April - Ħadd il-Palm
- Ġabra fil-quddies kollu b’risq il-prokura.
It-Tnejn 14 ta’ April - It-Tnejn tal-Ġimgħa Mqaddsa
- 4.15pm - Purċissjoni tat-tfal bil-Vara l-Kbira mill-Oratorju Qalb ta’ Ġesù sal-Bażilika.
- 4.45pm – Riflessjoni għat-tfal kollha tal-parroċċa u li se jieħdu sehem fil-Purċissjoni tal-Gimgħa l-Kbira
- 5:30pm – Avviżi għat-tfal li se jieħdu sehem fil-Purċissjoni tal-Gimgħa l-Kbira
It-Tlieta 15 ta’ April - It-Tlieta tal-Ġimgħa Mqaddsa
- 9.00am - Armar tal-lanterni jitqiegħdu fl-artal taċ-Ċintura
L-Erbgħa 16 ta’ April - L-Erbgħa tat-Tniebri
- Tindif tal-vari bejn l-10:00am u 12:00pm. Il-bukketti jitpoġġew sa Ħamis ix-Xirka f’12.00pm.
- 6.00pm Via Sagra mill-Grupp Organizzattiv.
- 7.30pm Mument ta' talb għall-parteċipanti tal-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira
Il-Ħamis 17 ta’ April - Ħamis ix-Xirka
- 6.30pm Konċelebrazzjoni Solenni tat-Tifkira tal-Ikla tal-Mulej
- 11.00pm Siegħa adorazzjoni mill-Grupp Organizzattiv Ġimgħa l-Kbira
Il-Ġimgħa 18 ta’ April - Ġimgħa l-Kbira
- 3.00pm Funzjoni tat-Tifkira tal-Passjoni tal-Mulej
- 4.15pm Tlibbis taż-żimarri lit-tfal li se jieħdu sehem fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fis-sala ta’ fuq is-sagristija tal-bomba.
Is-Sibt 19 ta’ April - Sibt il-Għid
- 6.30am Żarmar tal-vari, bandalori eċċ, fil-Bażilika.
- 8.00pm Funzjoni tat-Vġili tal-Għid
Il-Ħadd 20 ta’ April - Għid il-Kbir
- 5.30pm Tlibbis taż-żimarri lit-tfal li se jieħdu sehem fid-dimostrazzjoni ta’ Kristu Rxoxt fis-sala ta’ fuq is-sagristija tal-bomba.
- 6.30pm Dimostrazzjoni li tgħaddi minn dawn it-toroq: Pjazza Rotunda, Kbira, Tabib Chetcuti, Don Alvaro de Sande, Kostituzzjoni, Pjazza Rotunda.