Welcome to Mosta Parish Online.
Welcome
Nilqgħukom fis-sit uffiċċjali tal-Parroċċa tal-Mosta. Hawnhekk tistaw ssibu nformazzjoni u aħbarijiet kurrenti tal-parroċċa. Tistgħu wkoll tħallu l-kummenti tagħkom fuq is-sit u tikkuntattjaw l-uffiċċju parrokkjali.
Mosta Parish
Din il-parroċċa tinsab fil-qalba tal-Gżira ta' Malta. Hija l-ikbar, tista' tgħid, fost il-
parroċċi li nsibu fl-Arċidjoċesi ta' Malta. Jiddomina f'nofsha hemm illum ir-Rotunda ta'
Grongnet, il-knisja monumentali li waqqfu l-Mostin f'ġieh Marija Assunta 150 sena
ilu. Din il-Knisja Arċipretali taħbat ukoll it-tielet knisja parrokkjali li twaqqfet ġewwa l-
Mosta, tul dawn l-aħħar 400 sena li għaddew.


