Category: Aħbarijiet mil-Gruppi

GRAZZI U MERĦBA

Grazzi kbira lil Dun Albert Buhagiar u Merħba lil Dun Bastjan Caruana. L-E.T. Mons Arċisqof Charles Scicluna, innomina lill-Arċipriet Dun Albert Buhagiar, bħala rettur tas-Seminarju f’tal-Virtu r-Rabat. Għal daqstant Dun Albert mhux se jkun jista jkompli jservi bħala Arċipriet fil-parroċċa tagħna. L-Arċisqof innomina lil Dun Bastjan Caruana bħala Arċipriet ġdid għall-parroċċa.

Read Full Article

Duttrina fil-Parroċċa – 2015 – 2016

DUTTRINA FIL-PARROĊĊA TAL-MOSTA 2015-2016   Iċ-Ċentri tad-duttrina ser jiftħu minn nhar it-Tnejn 5 ta’ Ottubru 2015.   Ir-Reġistrazzjoni ssir fiċ-Ċentri stess waqt l-ewwel laqgħa, ħlief fiċ-Ċentru Ta’ Mlit. Min ser jattendi fiċ-Ċentru Marija Omm il-Knisja, Ta’ Mlit iżur is-sit: http://www.tamlitchurch.info/   Għal dawk li ser jibdlu ċ-Ċentru ta’ tagħlim: Jekk kienu jattendu Ċentru ieħor il-Mosta […]

Read Full Article

Avviżi Festa Santa Marija

IL-ĠIMGĦA (14) Lejliet il-Festa. Fil-5:30p.m. quddiesa tal-Vġili fil-Knisja Arċipretali u Fis-6:45p.m. tibda t-transulazzjoni solenni tar-Relikwija mill-kappella tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesu’ sal-Knisja. Wara jitkanta l-ewwel għasar solenni u tingħata l-Barka Sagramentali. IS-SIBT (15) Jum il-Festa. Il-Ħin tal-Quddies ikun fis-6, fis-7 u t-8am. Il-Ministri straordinarji tat-tqarbin iqarbnu lill-morda fi djarhom wara l-quddies tas-7am. Fid-9:15am tibda l-Konċelebrazzjoni solenni tal-festa, bil-paniġierku. Hawn nilħqu l-qofol […]

Read Full Article