Stedina ghaz-zghazagh

Iz-zghazagh tal-parrocci ta’ Burmarrad, il-Qawra, in-Naxxar, l-Imgarr u l-Kummissjoni Zghazagh tal-Mosta bl-ghajnuna tal-Kummissjoni Djocesana Zghazagh qed jistiednu z-zghazagh kollha tal-Mosta  ghall-programm ta’ tlett ijiem biex titqanqal l-hegga fost iz-zghazagh u l-adolexxenti bi preparazzjoni ghall-jum Dinji taz-zghazagh li se ssir is-sena d-diehla fi Spanja.

  • Il-Gimgha  26 ta’ Novembru jinghata bidu ghall-attivitajiet b’qudiesa il-Knisja tal-Qawra fit-8.30pm u wara, se ssir car cade sal-kappella tal-Oratorju Qalb ta’ Gesu’, il-Mosta, fejn fil-11.00pm tinghata il-barka
  • Is-Sibt bejn is-2.00pm – 4.00pm se tittella’ attivita’ mill-aktar interessanti miz-Zghazagh Azzjoni Kattolika Mosta w l-grupp zghazagh Fokolarini. L-attivita’ se tinkludi clips minn films, workshops, esperjenzi kif ukoll muzika live minn band apposta. Iz-zghazagh Mostin huma mistiedna b’mod specjali jiehdu sehem ghal din l-attivita’.
  • Is-Sibt filghaxija bejn it-8.00pm u l-11.00pm se jigi oraganizzat  Christian partyfl-Oratorju tan-Naxxar
  • Il-Hadd filghodu: se jithejja breakfast ghaz-zghazagh organizzat miz-Zghazagh Azzjoni Kattolika Mosta
  • Il-Hadd,  il-quddiesa tal-11.00am fil-Knisja Arcipretali se tkun animata miz-zghazagh tal-Mgarr Youth Band u se jkunu prezenti z-zghazagh kollha li qed jorganizzaw l-attivitajiet marbutin mal-World Youth Day. Iz-zghazagh Mostin huma mistiedna jattendu u jiehdu sehem ghal din il-quddiesa.
  • L-attivitajiet jghalqu, il-Hadd filghaxija, fejn fl-Oratorju Qalb ta’ Gesu’ se jittella’ kuncert mill-band The Prophecy u wara se ssir l-Vespri , it-talba ta’ filghaxija li se tkun mmexxija mil-Arcisqof l-Ecc tieghu Mons. Pawlu Cremona. Din hija okkazjoni sabiha hafna biex iz-zghazagh jitolbu flimkien u jissimghu l-messagg tal-Arcisqof. Tajjeb li z-zghazagh ma jitilfuhiex