Mixja u Girja – attivita suċċess

Il-Ħadd 21 ta’ Novembru 2010, ġiet organizzata Mixja u Ġirja madwar, il-Mosta, biex jinġabru fondi għall-proġett taz-Zuntier. F’din l-attivita ipparteċipaw madwar 210 persuna. Fil-bidu ta’ din l-attivita, l-Arċipriet Dun Mario Tong mexxa talba u rringrazzja lil kull se jieħu sehem. Irringrazzja ukoll lill-Pulizija tal-koperazzjoni, l-isponsors u lil grupp organizzattiv.

 Kull min ħa sehem ingħata T Shirt, frotta u flixkun ilma. Il-kummenti tal-parteċipanti kienu pożittivi ħafna u kulħadd kien sodifatt.

Ritratti ta’ Victor Caruana.