Tberik tal-Girlandi

Il-Ġimgħa 26 ta’ Novembru 2010, saret laqgħa fil-knisja Arċipretali li għaliha attendew it-tfal ta’ year 5, 6 u form 1 li jattendu fiċ-ċentri tad-Duttrina tal-Parroċċa. Din il-laqgħa saret mill-Arċipriet Dun Mario Tong, bi tħejjija għaż-żmien tal-Avvent. L-Arċipriet bierek il-girlandi li jitqiegħdu fiċ-ċentri tad-duttrina tal-Parroċċa.