Category: Events|Attivitajiet

Quddiesa fil-kappella ta’ San Pawl Eremita

Nhar Il-Ħadd 16 ta’ Jannar 2011 ġiet iċċelebrata l-Festa ta’ San Pawl Eremita fil-Kappella li tinsab ġo għar f’Wied Il-Għasel. Din l-għar jinsab preċis taht parti mill-Fortizza tal-Mosta.  F’dan l-għar hemm kappella zgħira oħra ddedikata lill-Madonna tal-Grazzja. Sa madwar għoxrin sena ilu kien hemm artal li kien sar minn Mastru Anglu Gatt li kien miż-Żejtun […]

Read Full Article

Festa ta’ Sant’ Anton Abbati fil-Mosta

  Nhar Il-Ħadd 23 ta’ Jannar 2011 sar it-Tberik tal-Annimali mill-Wisq Reverendu Arċipriet Dun Mario Tong. Din saret quddiem il-Kappella ddedikata lil San Anton Abbati li tinsab il-Mosta fit-triq li ġġib l-istess isem. San Anton Abbati huwa l-Qaddis Protettur tal-Annimali. Tbierku diversi annimali l-aktar klieb u żwiemel, iżda kien hemm ukoll kull xorta ta’ għasafar, qtates, […]

Read Full Article

Festa ta’ San Anton Abbati

FESTA TA’   SAN ANTON ABBATI   Fil-Kappella iddedikata lilu, fi triq San Anton, Mosta.   It-Tnejn 17 ta’ Jannar 2011. – Festa Liturġika 6:00p.m. Quddiesa bil-kant u bil-priedka mill-Arċipriet Dun Mario Tong.   Il-Ħadd 23 ta’ Jannar 2011. – Jum il-Festa 10:00a.m. Tberik tal-Annimali, fi Triq San Anton  5:00p.m.  Quddiesa bil-kant u bil-priedka minn […]

Read Full Article

Laqgħat tal-Lectio Divina

L-ERBGĦA 5 ta’ Jannar 2011 se jerġgħu jibdew il-laqgħat tal-lectio Divina, fuq l-Evanġelju tal-Ħadd, biex il-kelma ta’ Alla tidħol aktar f’moħħna bl-ispjega tagħha, f’qalbna billi l-Kelma ta’ Alla ssir it-talba tagħna, u fil-ħajja kollha tagħna billi napplikaw din il-kelma għal ħajjitna. Il-Lectio Divina tista’ tkun il-mezz li bih Alla jkellimna fuq sitwazzjonijiet li għaddejin minnhom, u jagħtina […]

Read Full Article

Il-Lejl tal-Milied fil-Knisja Arċipretali tal-Mosta

Fil-10:45p.m. beda programm ta’ qabel il-quddiesa li ħadu sehem il-Korijiet Shalom u Santa Ċeċilja, it-tfal li jattendu fl-oqsma tal-Museum tal-Mosta, Gustav Micallef li għamel il-priedka tradizzjoni tal-Milied u diversi persuni oħra. L-iscript miktub mis-Sorijiet tal-Karita tal-Mosta kif ukoll bi ħsibijiet magħżula minn Fr. Brendan Gatt inqara mill-koppja Sandro u Kathia Vella.  Mat-tokki ta’ nofs il-lejl […]

Read Full Article

Programm tal-Milied fil-Parroċċa u ritratti tal-presepju tal-Grupp tal-Armar

             Ritratti tal-presepju tal-Grupp tal-Armar, armat fil-maħżen tal-pjazza   PROGRAMM L-Erbgħa, il-15 ta’ Diċembru: BIDU TAN-NOVENA TAL-MILIED: 7.45a.m.    Quddiesa fil-Knisja Arċipretali bil-kant u b’talb addattat għat-tfal. 6.00p.m.    Rużarju 6.30p.m.    Quddiesa bil-kant u bil-priedka minn Fr Michael Bugeja. Wara l-Omelija se ssir il-Vestizzjoni tal- Abbatini l-ġodda li jaqdu fil-Knisja […]

Read Full Article