Category: Aħbarijiet tal-Parroċċa

Programm tal-Milied fil-Parroċċa u ritratti tal-presepju tal-Grupp tal-Armar

             Ritratti tal-presepju tal-Grupp tal-Armar, armat fil-maħżen tal-pjazza   PROGRAMM L-Erbgħa, il-15 ta’ Diċembru: BIDU TAN-NOVENA TAL-MILIED: 7.45a.m.    Quddiesa fil-Knisja Arċipretali bil-kant u b’talb addattat għat-tfal. 6.00p.m.    Rużarju 6.30p.m.    Quddiesa bil-kant u bil-priedka minn Fr Michael Bugeja. Wara l-Omelija se ssir il-Vestizzjoni tal- Abbatini l-ġodda li jaqdu fil-Knisja […]

Read More

Tberik tal-Girlandi

Il-Ġimgħa 26 ta’ Novembru 2010, saret laqgħa fil-knisja Arċipretali li għaliha attendew it-tfal ta’ year 5, 6 u form 1 li jattendu fiċ-ċentri tad-Duttrina tal-Parroċċa. Din il-laqgħa saret mill-Arċipriet Dun Mario Tong, bi tħejjija għaż-żmien tal-Avvent. L-Arċipriet bierek il-girlandi li jitqiegħdu fiċ-ċentri tad-duttrina tal-Parroċċa.

Read More

Mixja u Girja – attivita suċċess

Il-Ħadd 21 ta’ Novembru 2010, ġiet organizzata Mixja u Ġirja madwar, il-Mosta, biex jinġabru fondi għall-proġett taz-Zuntier. F’din l-attivita ipparteċipaw madwar 210 persuna. Fil-bidu ta’ din l-attivita, l-Arċipriet Dun Mario Tong mexxa talba u rringrazzja lil kull se jieħu sehem. Irringrazzja ukoll lill-Pulizija tal-koperazzjoni, l-isponsors u lil grupp organizzattiv.  Kull min ħa sehem ingħata T […]

Read More

Tislima lill-Isqof Emeritus Mons. Nikol Cauchi

Il-korteo bit-tebut tal-ET Mons. Isqof Emeritus Nikol Cauchi li telaq mill-Isptar Mater Dei għall-Għawdex, ghadda u waqaf ghall-ftit hin fil-Pjazza tal-Mosta. L-Arċipriet Dun Mario Tong f’isem il-Parrocca tal-Mosta sellem lil Mons Nikol Cauchi, filwaqt li talab ghal ruhu. Waqt li ghadda il-korteo ndaqqet mota. Il-Poplu Mosti jiftakar lil Mons Nikol Cauchi f’diversi okkazzjoni fil-Parrocca taghna. Hu flimkien ma […]

Read More

Assemblea Parrokjali

Il-ĠIMGĦA (29), se ssir l-ASSEMBLEA PARROKKJALI, li bħala parti mill-Viżta Pastorali se jattendi Mons Arċisqof, fis-7:30p.m. fil-Katekumenju. L-Assemblea Parrokjali hi laqgħa ta’ kull sena li fiha naraw s-sitwazzjoni preżenti tal-parroċċa u flimkien nressqu proposti għal ħidma dejjem aħjar. Dan għandu jinteressa lilna lkoll. Kull membru tal-parroċċa hu mistieden u mħeġġeġ biex jieħu sehem.

Read More