Avviżi u Aħbarijiet

AVVIZI U AĦBARIJIET

SCROLL BIEX TAQRA AKTAR

Avviżi tal-Parroċċa għal matul din il-Ġimgħa

Avviżi tal-Parroċċa bejn l-10 u s-17 ta' Novembru 2024.

  1. IL-ĦADD (10) issir il-festa ta’ San Anard, fil-kappella ddedikata lilu, fis-6:00p.m. issir Quddiesa kantata.
  1. L-ERBGĦA (13) Se ssir Adorazzjoni fl-9.45am fil-Kappella taċ-Ċentru Sant'Andrija.
  1. IL-ĠIMGĦA (15) Il-Kummissjoni Familja se torganizza Quddiesa għall-ġenituri li tilfu lil xi ħadd minn uliedhom, fil-Kappella taċ-Ċentru Sant Andrija, fis-7pm.
  1. IL-ĦADD (17) Il-Quddiesa tad-9.30am se tkun bis-sehem tal-Kunsill Lokali u l-għaqdiet tal-Mosta u tkun b’suffraġju għall-Qalbiena Mostin.
  1. IL-ĦADD (17) Issir il-festa fil-kappella tal-Madonna tal-Isperanza. Minn nhar l-Erbgħa sal-Ħadd, fil-5:00p.m. jingħad r-Rużarju u fil-5:30p.m. ikun hemm Quddiesa.
  1. Se jiġi ffurmat l-Kor li se jieħu sehem fiċ-Ċelebrazzjoni tal-Lejl tal-Milied, li ssir fil-Bażilika. Qed issir sejħa għal kull minn jixtieq biex jipparteċipa. Min hu nteressat li jifforma parti mill-Kor tal-Adulti hu mitlub li jattendi għal numru ta’ rehearsels li se jsiru. L-Ewwel rehearsel se ssir it-Tlieta 19 ta’ Novembru, fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, fis-6.30pm.
  1. Il-Kummissjoni Djakonija se torganizza ħarġa għall-Anzjani għall-Knisja ta’ San Duminku r-Rabat, nhar l-Erbgħa 20 ta’ Novembru, tluq fid-9am. Aktar dettalji minn fuq n-notice board. Booking sa nhar is-Sibt mill-uffiċċju parrokkjali.
  1. Is-Sibt 30 ta’ Novembru u l-Ħadd 1 ta’ Diċembru se jiġi organizzat il-Villaġġ tal-Milied, li fih se jsir presepju ħaj. Qed issir stedina lill-familji u individwi li jixtiequ jieħdu sehem biex jkellmuna fl-uffiċċju parrokkjali.
  1. Il-Kap tal-Iskola Primarja tal-Mosta A tixtieq tavża li l-applikazzjonijiet għal dawk it-tfal li se jibdew jattendu l-Kindergarten fi Frar 2025 issa huma miftuħa.  Huma eliġibbli dawk it-tfal li twieldu mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' April 2022. L-applikazzjoni tinsab fuq il-Facebook (Mosta Primary A School).
  1. Il-ġabra speċjali b’risq il-Parroċċa li saret fil-weekend li għadda kienet ta’ €2230 u l-ġabra li saret b’risq il-Ġurnata Missjunarja kienet ta’ €4560. Grazzi lil kulħadd.
  1. Nitolbu għal Guzeppa Micallef u Elizabeth Bonnici li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ.....