Avviżi u Aħbarijiet

AVVIZI U AĦBARIJIET

SCROLL BIEX TAQRA AKTAR

Avviżi tal-Parroċċa għal matul din il-Ġimgħa

Avviżi tal-Parroċċa bejn s-6 u t-13 ta' Lulju 2025.

 

  1. IT-TNEJN (7) fis-7pm issir Quddiesa fiċ-ċimiterju.
  1. IT-TLIETA (8) Fis-6pm se ssir Quddiesa fil-Kappella l-antika ta’ Sant Andrija, li għaliha huma mistiedna speċjali r-residenti ta’ madwar il-kappella u wara se jsir it-tberik tal-familji għal min jixtieq.
  1. IL-ĦAMIS (10) Infakkru li l-Quddiesa tas-6:30pm, fil-Bażilika tkun animata għat-tfal, wara ssir attivita li tinkludi mixja għalihom.
  1. IL-ĠIMGĦA (11) fl-okkażjoni tal-50 Anniversarju mill-inkurunazzjoni solenni tal-Kwadru Titulari, The Drama Group se jippreżenta Ġawhra Sbejħa għall-Mostin, rappreżentazzjoni drammatika ta' dak li seħħ 50 sena ilu. Din r-rapreżentazzjoni se ssir fuq iz-zuntier tal-Bażilika, fit-8pm. Kulħadd mistieden jattendi.
  1. IL-ĦADD (13) Fil-5pm, fil-Bażilika ssir Ċelebrazzjoni tal-Magħmudija.
  1. IL-ĠIMGĦA 18 ta’ Lulju se tiġi organizzata Ikla fl-Oratorju Marija Immakulata, fl-okkażżjoni tal-festa ta’ Santa Marija. Aktar dettalji minn fuq l-appell li tqassam fi djarna.
  1. Nistiednu lil dawk il-miżżewġin li din is-sena qed jiċċelebraw anniversarju speċjali biex jinformawna fl-uffiċċju parrokkjali ħalli nkunu nistgħu nipreparaw għall-quddiesa li ssir għall-familji, fil-kwindiċina.
  1. Matul dawn il-jiem qed jitqassam l-Appell tal-Festa ta’ Santa Marija u l-envelopes għall-offerta tagħkom għall-festa din is-sena. L-Envelopes se jinġabru mill-helpers tas-soltu jew jinxteħtu fil-kaxxa tal-ħġieġ li hemm ħdejn il-bieb prinċipali. Imħeġġin biex inkunu ġenerużi.
  1. Il-Ġabra għall-Papa li saret fil-weekend li għadda kienet ta’ €3110. Grazzi.