Awguri
L-Arċipriet Dun Mario Tong, l-Kleru tal-Parroċċa, flimkien mal-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali jawguraw lil kulħadd il-Milied it-Tajjeb. Awguri!!!!
L-Arċipriet Dun Mario Tong, l-Kleru tal-Parroċċa, flimkien mal-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali jawguraw lil kulħadd il-Milied it-Tajjeb. Awguri!!!!
Bħala parti mill-attivitajiet li jiġu organizzati mill-Kummissjoni Kateketika tal-Parroċċa għal żmien l-Avvent saret laqgħa għat-tfal li jattendu ċ-ċentri tad-Duttrina li fiha sar it-tberik tal-Bambini li jkun ġabu magħhom mid-dar. Hawn taħt hawn xi ritratti ta’ din il-laqgħa.
Ritratti tal-presepju tal-Grupp tal-Armar, armat fil-maħżen tal-pjazza PROGRAMM L-Erbgħa, il-15 ta’ Diċembru: BIDU TAN-NOVENA TAL-MILIED: 7.45a.m. Quddiesa fil-Knisja Arċipretali bil-kant u b’talb addattat għat-tfal. 6.00p.m. Rużarju 6.30p.m. Quddiesa bil-kant u bil-priedka minn Fr Michael Bugeja. Wara l-Omelija se ssir il-Vestizzjoni tal- Abbatini l-ġodda li jaqdu fil-Knisja […]
Bi preparazzjoni għall-festi tal-Milied, bħal issa fil-Knisja Arċipretali s-sagristana flimkien ma diversi voluntiera qed jarmaw u jżejjnu l-knisja għal dan iż-żmien sabiħ. Fir-ritratti wieħed jista jara l-mod ta’ kif jintramaw il-linef tal-kristal, kif ukoll xi dekorazzjonijiet oħra.
Fl-okkazzjoni tas-Sena ddedikata għall-glieda kontra l-faqar fid-dinja, il-Caritas fl-Ewropa qed tagħmel petizzjoni biex titressaq fil-Parlament Ewropew, li titlob li jiġu riveduti xi ligijiet biex jitrażżnu l-faqar u l-eskluzjoni soċjali fl-Ewropa. Wara l-Quddies tas-Sibt 27 u tal-Ħadd 28 ta’ Novembru diversi persuni iffirmaw din il-petizzjoni. Fil-knisja Arċipretali tħallew qfief biex jinġabru oġġetti tal-ikel biex jitqassmu lill-familji fil-bżonn […]
Il-Ġimgħa 26 ta’ Novembru 2010, saret laqgħa fil-knisja Arċipretali li għaliha attendew it-tfal ta’ year 5, 6 u form 1 li jattendu fiċ-ċentri tad-Duttrina tal-Parroċċa. Din il-laqgħa saret mill-Arċipriet Dun Mario Tong, bi tħejjija għaż-żmien tal-Avvent. L-Arċipriet bierek il-girlandi li jitqiegħdu fiċ-ċentri tad-duttrina tal-Parroċċa.
Il-Ħadd 21 ta’ Novembru 2010, ġiet organizzata Mixja u Ġirja madwar, il-Mosta, biex jinġabru fondi għall-proġett taz-Zuntier. F’din l-attivita ipparteċipaw madwar 210 persuna. Fil-bidu ta’ din l-attivita, l-Arċipriet Dun Mario Tong mexxa talba u rringrazzja lil kull se jieħu sehem. Irringrazzja ukoll lill-Pulizija tal-koperazzjoni, l-isponsors u lil grupp organizzattiv. Kull min ħa sehem ingħata T […]
Iz-zghazagh tal-parrocci ta’ Burmarrad, il-Qawra, in-Naxxar, l-Imgarr u l-Kummissjoni Zghazagh tal-Mosta bl-ghajnuna tal-Kummissjoni Djocesana Zghazagh qed jistiednu z-zghazagh kollha tal-Mosta ghall-programm ta’ tlett ijiem biex titqanqal l-hegga fost iz-zghazagh u l-adolexxenti bi preparazzjoni ghall-jum Dinji taz-zghazagh li se ssir is-sena d-diehla fi Spanja. Il-Gimgha 26 ta’ Novembru jinghata bidu ghall-attivitajiet b’qudiesa il-Knisja tal-Qawra fit-8.30pm u […]
Il-Hadd 21 ta’ Novembru 2010, se tigi organizzata Mixja u Girja madwar il-Mosta biex jingabru fondi b’risq il-progett taz-Zuntier tal-Knisja Arcipretali tal-Mosta. Din l-attivita se tibda fl-10:00a.m. mill-Pjazza tal-Mosta. It-Toroq se jkunu: Pjazza Rotunda, Kostituzzjoni, Fortizza, Wied, Carmelo Dimech, Biccerin, Htajriet, Sant’ Antnin, Barrieri, Pjazza Oratorju, Torri, Ponsomby, Sajf, Kungress Ewkaristiku u Pjazza Rotunda. Kull […]
Il-korteo bit-tebut tal-ET Mons. Isqof Emeritus Nikol Cauchi li telaq mill-Isptar Mater Dei għall-Għawdex, ghadda u waqaf ghall-ftit hin fil-Pjazza tal-Mosta. L-Arċipriet Dun Mario Tong f’isem il-Parrocca tal-Mosta sellem lil Mons Nikol Cauchi, filwaqt li talab ghal ruhu. Waqt li ghadda il-korteo ndaqqet mota. Il-Poplu Mosti jiftakar lil Mons Nikol Cauchi f’diversi okkazzjoni fil-Parrocca taghna. Hu flimkien ma […]